Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Jannar 2013 - Spectrum Brands (UK) vs UASI - Philips (STEAM GLIDE)

(Kawża T-544/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali STEAM GLIDE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spectrum Brands (UK) Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Botis, sussegwentement G. Schneider u finalment G. Schneider u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Koninklijke Philips Electronics NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Lulju 2011 (Każ R 1289/2010 1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Koninklijke Philips Electronics NV u Spectrum Brands (UK) Ltd.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Spectrum Brands (UK) Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Koninklijke Philips Electronics NV.

____________

1 - ĠU C 6, 07.01.2012.