Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Novembru 2008 - Domínguez González vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/07)1

(Servizz pubbliku - Assistent tekniku - Eċċezzjoni ta' nuqqas ta' ġurisdizzjoni - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Juan Luís Domínguez González (Girona, Spanja) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn R. Nicolazzi Angelats, sussegwentement minn R. Nicolazzi Angelats u M.-C. Oller Gil, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt ta' xogħol tiegħu mal-ECHO wara r-riżultat tal-eżami mediku.

Dispożittiv

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma għandux ġurisdizzjoni sabiex jieħu konjizzjoni tar-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 37, 09.02.2008, p. 34