Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2013 – Perfetti Van Melle Benelux vs UASI – Kraft Foods Global Brands (TRIDENT PURE)

(Kawża T-491/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle Benelux BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Perani, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Global Brands LLC (Northfield, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 706/2012-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u lill-parti l-oħra tħallas kemm l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TRIDENT PURE” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 9 352 642

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “PURE WHITE” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Komunitarja Nru 6 771 869; it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “mentos PURE FRESH PURE BREATH” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Komunitarja Nru 8 813 487; it-trade mark figurattiva bl-abjad, biċ-ċelesti, bil-blu u bl-aħdar li tinkludi l-element verbali “PURE” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 291 634; it-trade mark verbali “PURE FRESH” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Franċiża Nru 63 431 610; it-trade mark figurattiva f’diversi sfumaturi tal-kuluri blu u abjad li tinkludi l-elementi verbali “mentos PURE FRESH” għal prodotti fil-klassi 30 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 932 886 b’effett fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Ungerija, fil-Polonja, fil-Portugall, fis-Slovenja, fis-Slovakkja, fil-Finlandja, fl-Isvezja; it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “mentos PURE FRESH” għal prodotti fil-klassi 30; Trade mark Taljana Nru 1 280 532; it-trade mark figurattiva f’diversi sfumaturi tal-kuluri blu u abjad li tinkludi l-elementi verbali “mentos PURE FRESH” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Benelux Nru 820 421; it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “mentos PURE WHITE” għal prodotti fil-klassi 30 – Trade mark Benelux Nru 8964 652

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.