Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Sedghi u Azizi vs Il-Kunsill

(Kawża T-66/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Irtirar mil-lista tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ali Sedghi (Teheran, l-Iran); u Ahmad Azizi (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Wyatt, QC, u M. Lester, barrister, sussegwentement S. Ashley, D. Wyatt, M. Lester, A. Irvine u S. Jeffrey, solicitors, u finalment S. Ashley, D. Wyatt, M. Lester, A.  Irvine u S. Millar, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bishop, I. Rodios u B. Driessen, sussegwentement M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament, b’effett immedjat, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011 L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 19(1)(b) u tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), kif ukoll tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012 fil-konfront ta’ A. Azizi.DispożittivHuma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Ali Sedghi u Ahmad Azizi:id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.