Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/13)1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ – Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Pocemon – Rimbors tas-somom antiċipati – Ittra li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu – Ittra ta’ tfakkira – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltàˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Cordewener, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata, l-ewwel nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa s-somma kollha li l-Kummissjoni ħallsitha għall-proġett Pocemon, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), it-tieni nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tħallas kumpens f’somma f’daqqa għall-imsemmi proġett, it-tielet nett, li l-Kummissjoni ma hijiex intitolata tipproċedi għall-kumpens tas-somom dovuti minnha lir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.