Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2024 – CQ vs KESE

(Kawża T-117/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CQ (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Mejju 2023 li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrent, talba sottomessa fil-15 ta’ Jannar 2020;

tordna l-kumpens għad-danni morali evalwat ex aequo et bono għal EUR 60 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-KESE Nru 200/14 A dwar il-proċeduri għall-prevenzjoni u t-trattament ta’ fastidju psikoloġiku u sesswali fil-post tax-xogħol fi ħdan is-Segretarjat tal-KESE u tad-Deċiżjoni Nru 635/05 A tas-7 ta’ Diċembru 2005 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jirregolaw il-proċeduri dixxiplinari u l-investigazzjonijiet amministrattivi.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-KESE Nru 200/14 A u fuq żball ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 41 tal-Karta u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.

____________