Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 taʼ Mejju 2013 – Omnis Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/11) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tal-provvista ta’ Software ta’ Pjanifikazzjoni tar-Riżorsi tal-Impriża (“ERP”) u ta’ Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi (“EAS”) – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Omnis Group Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-A.-F. Tarara, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Biolan u J. Bourke, sussegwentement A. Biolan u C. Hödlmayr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Microsoft Corp. (Redmond, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A.-M. Baciu u G. Harapcea, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8529, tal-1 ta’ Diċembru 2010, li tiċħad l-ilment (Każ COMP/39.784 – Omnis/Microsoft) dwar allegat ksur tal-Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 106 TFUE minn Microsoft Corp. fis-suq tas-Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi, imsejħa programmi ta’ tip “Software ta’ Applikazzjonijiet għall-Impriżi/Pakketti ta’ Programmi ta’ Ġestjoni Integrati”

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Omnis Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 95, 26.03.2011.