Language of document : ECLI:EU:T:2017:134

Kawża T-454/13

Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM)

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Kabotaġġ marittimu – Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għal servizz komplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar iffrekwentati matul l-istaġun turistiku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Sentenza Altmark – Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-1’ ta’ Marzu 2017

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Esklużjoni – Kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark

(Artikolu 107(1) TFUE)

2.      Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Stħarriġ mill-Kummissjoni limitat fil-każ ta’ żball manifest – Possibbiltà ta’ evalwazzjoni fuq il-bażi tal-linji gwida adottati preċedentement mill-Kummissjoni

(Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikoli 1 u 4; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2012/C 8/02, punt 46)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 107 TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża –L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Settur tal-kabotaġġ marittimu – Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku – Portata – Obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali li juru l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ inizjattiva privata

(Artikolu 107(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikoli 1 u 4)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża – Ir-raba’ kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Proċedura ta’ kuntratt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi s-servizzi inkwistjoni bl-inqas spiża għall-awtorità territorjali – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ projbizzjoni ta’ arrikkiment indebitu – Assenza

(Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Obbligu – Benefiċjarji f’diffikultà jew fi stralċ – Assenza ta’ effett

(Artikolu 108(2) TFUE)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1) u (2))

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Assenza

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 84 sa 90)

2.      Fir-rigward, minn naħa, tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandu Stat Membru fir-rigward ta’ definizzjoni ta’ funzjoni ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (SIEĠ) u tal-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tagħha u, min naħa l-oħra, tal-portata tal-istħarriġ limitat għall-iżball manifest li l Kummissjoni hija awtorizzata li teżerċita b’dan il-mod, l-istħarriġ li għandu jsir mill-Qorti Ġenerali dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward lanqas ma għandu jaqbeż l-istess limitu u li, għalhekk, dan il-kontroll għandu jiġi limitat sabiex jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni kkonstatatx jew ċaħditx b’mod korrett l eżistenza ta’ żball manifest tal-Istat Membru.

Għaldaqstant, is-setgħa ta’ definizzjoni tas-SIEĠ mill-Istat Membru ma hijiex mingħajr limiti u ma tistax tiġi eżerċitata b’mod arbitrarju sempliċement sabiex settur partikolari jaħrab mill-applikazzjoni tar regoli tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, meta jeżistu regoli speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni li jinkludu d-definizzjoni tal-kontenut u tal-portata tas-SIEĠ, dawn jorbtu l-evalwazzjoni tal-Istati Membri, skont il-punt 46 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Issa, f’dan il-każ, tali regoli kienu jeżistu, f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet tar Regolament Nru 3577/92, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), li l-Artikolu 1 tiegħu jistabbilixxi l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kabotaġġ marittimu fl-Unjoni u li t-tielet premessa tiegħu tispjega li huwa intiż sabiex jabolixxi r restrizzjonijiet ta’ din il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fl-Artikolu 4 tiegħu, ir-regolament kabotaġġ marittimu jipprevedi eċċezzjonijiet possibbli għal dan il-prinċipju ewlieni, jiġifieri l-fakultà għall-Istati Membri li jikkonkludu kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ kumpanniji ta’ ġarr marittimu li jipparteċipaw f’servizzi regolari lejn, minn u bejn gżejjer jew li jimponu fuqhom obbligi ta’ servizz pubbliku bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi ta’ kabotaġġ.

(ara l-punti 93, 112 sa 115)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 98, 99)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 102)

5.      Fid-dawl tar-raġunament żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-20 ta’ Frar 2001, Analir et, C‑205/99, ibbażata fuq interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament Nru 3577/92, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), skont l-għan fundamentali tiegħu, jiġifieri l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kabotaġġ marittimu u, għalhekk, li ma jiġux aċċettati restrizzjonijiet ta’ din il-libertà ħlief skont kundizzjonijiet stretti ħafna, huwa korrett li, fid-deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkwistjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni kkunsidrat, sabiex jiġi vverifikat l-ewwel kriterju Altmark, li “l-kamp ta’ applikazzjoni tas‑servizz pubbliku kif definit minn kuntratt ta’ servizz pubbliku għandu jkun meħtieġ u proporzjonat mal-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku, muri min-nuqqas ta’ servizzi regolari ta’ trasport f’kundizzjonijiet normali tas‑suq”.

L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jonqsu milli juru l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ inizjattiva privata. Fil-fatt, mill-punt 34 tas‑sentenza Analir et, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta b’mod ċar li l-eżistenza ta’ ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku hija marbuta mal-eżistenza ta’ tali nuqqas. Fi kliem ieħor, huwa abbażi ta’ konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ inizjattiva privata li hija stabbilita l-ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku.

Għaldaqstant, sabiex jiġi stabbilit servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (SIEĠ) fis-settur tal-kabotaġġ marittimu, ma huwiex biżżejjed li l-Istat Membru kkonċernat jinvoka li għandu jintlaħaq għan ta’ kontinwità territorjali. Ikun meħtieġ li t-twettiq ta’ dan l-għan ma jiġix żgurat mis-sempliċi kompetizzjoni fis-suq. Jekk dan tal-aħħar jippermetti li tintlaħaq parti mill-imsemmi għan, il-ħolqien ta’ tali SIEĠ ma huwiex iġġustifikat ħlief sabiex jissodisfa n-nuqqas korrispondenti tas-suq.

(ara l-punti 119, 124, 125, 172)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 238)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 268, 269)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 270)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 278)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 282 sa 284, 292, 293)