Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 - Perry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Perry (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Culioli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li kien hemm nuqqasijiet minn naħa tal-Kummissjoni;

tiddikjara li dawn in-nuqqasijiet jistabbilixxu r-responsabbiltà extra-kuntrattwali tal-Komunità;

tiddikjara li kien hemm dannu lir-rikorrent b'rabta kawżali ma' dawn in-nuqqasijiet;

tiddikjara li l-Komunità hija obbligata li tikkumpensa dan id-dannu;

tilqa' t-talba ta' C. Perry li stima dan id-dannu għas-somma ta' EUR 1 000 000;

tikkundanna lill-Komunità għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1 000 000 favur C. Perry;

tikkundanna lill-Komunità għall-ispejjeż kollha tal-kawża;

tiddikjara li hu ekwu li l-Komunità tħallas id-drittijiet u l-ispejjeż tad-difiża, għal ammont ta' EUR 10 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent qed jitlob kumpens għad-dannu li huwa jqis li ġarrab minħabba l-akkużi ta' miżapproprijazzjoni ta' għotjiet Komunitarji waqt l-eżekuzzjoni ta' ċerti kuntratti konklużi bejn kumpanniji tar-rikorrent u l-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-għajnuna umanitarja ta' l-Unjoni Ewropea ddestinata għall-Bosnja u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar (Great Lakes region) fl-Afrika.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fl-kuntest tal-kawża T-132/98 Grupp Perry u Isibiris vs Il-Kummissjoni1.

____________

1 - ĠU 1998 C 312, p. 20.