Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-1 ta' April 2009 - Perry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/08)1

("Rikors għad-danni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claude Perry (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Culioli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba akkużi ta' miżapproprjazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja Komunitarja li suppost seħħew mal-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi bejn il-Kummissjoni u kumpanniji tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Claude Perry huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 260, 11.10.2008.