Language of document :

Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2022 minn Industria de Diseño Textil SA (Inditex) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2021 fil-Kawża T-467/20 – Inditex vs EUIPO – Ffauf Italia (ZARA)

(Kawża C-65/22 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Industria de Diseño Textil SA (Inditex) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u S. Sáenz de Ormijana Rico, abogadas)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Ffauf Italia SpA

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Mejju 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li Industria de Diseño Textil SA (Inditex) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________