Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Vorarlberg (l-Awstrija) fit-28 ta’ Jannar 2022 – NK

(Kawża C-55/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Vorarlberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NK

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Feldkirch

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ [ne] bis in idem, kif iggarantit mill-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità amministrattiva kriminali kompetenti ta’ Stat Membru hija prekluża milli timponi multa fuq persuna minħabba ksur ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-ażżard, jekk proċedura amministrattiva mressqa preċedentement kontra l-istess persuna minħabba ksur ta’ dispożizzjoni oħra tal-leġiżlazzjoni dwar il-logħob tal-ażżard (jew, b’mod ġenerali, ta’ regola fl-istess qasam legali), li kienet tikkonċerna l-istess fatti, tkun ingħalqet b’mod definittiv wara ż-żamma ta’ seduta li kienet tinkludi miżuri struttorji?

____________