Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2011 - PJ Hungary vs UASI - Pepekillo (PEPEQUILLO)

(Kawża T-580/08)1

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEPEQUILLO - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti PEPE u PEPE JEANS - Restitutio in integrum - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009])

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter u C. Gutiérrez Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pepekillo, SL (Algésiras, Spanja) (rappreżentant: J. Garrido Pastor, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta' April 2008 u tal-24 ta' Settembru 2008 (it-tnejn mogħtija fil-Każ R 722/2007-1), dwar, rispettivament, it-talba għal restitutio in integrum ta' Pepekillo, SL, u l-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) u Pepekillo

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta' Settembru 2008 (Każ R 722/2007-1) hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż ta' PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft), kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn PJ Hungary kif ukoll għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem l-ewwel Bord tal-Appell tal-UASI.

4)    Pepekillo, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta' PJ Hungary kft.

____________

1 - ĠU C 44, 21.2.2009.