Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2011 - Perusahaan Otomobil Nasional vs UASI - Proton Motor Fuel Cell (PM PROTON MOTOR)

(Kawża T-581/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja figurattiva PM PROTON MOTOR - Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti PROTON - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd (Shah Alam, Selangor Darul Ehsan, il-Malasja) (rappreżentanti: J. Blind, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Proton Motor Fuel Cell GmbH (Puchheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Sedlmeir, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta' Ottubru 2008 (Każ R 1675/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd u Proton Motor Fuel Cell GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Perusahaan Otomobil Nasional Sdn Bhd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.