Language of document : ECLI:EU:T:2011:608





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 – Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/08)

“Għajnuna mill-Istat – Miżura tal-awtoritajiet Taljani intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit mir-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor (l-Italja) wara perijodu ta’ nixfa – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Deċiżjoni li tikkonċerna għajnuna intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit minn raffinerija taz-zokkor wara t-tnaqqis tal-produzzjoni ta’ pitravi dovut għal perijodu ta’ nixfa - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 29-32)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna - Suq tal-produzzjoni taz-zokkor (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 37-39)

3.                     Rikors għal annullament - Rikors indirizzat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Motiv ibbażat fuq żball ta’ bażi legali mingħajr influwenza fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata - Motiv ineffettiv (ara l-punti 49-53)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Żvantaġġi ekonomiċi kkawżati direttament minn diżastri naturali jew minn avvenimenti straordinarji oħra - Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu - Għajuna intiża sabiex tikkumpensa d-danni fil-qasam tal-produzzjoni agrikola jew tal-mezzi ta’ produzzjoni agrikola - Kamp ta’ applikazzjoni (Artikolu 87(2)(b) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2000/C 28/02) (ara l-punti 58, 61-71)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proċedura amministrattiva - Obbligu tal-Kummissjoni li tintima lill-persuni interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom - Esklużjoni tal-persuni kkonċernati mill-benefiċċju tad-drittijiet tad-difiża (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 79-81)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/704/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 29/04 (ex N 328/03) li l-Italja biħsiebha tagħti għar-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor, proprjetà tal-kumpannija Sadam ISZ (ĠU 2009, L 244, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eridania Sadam SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.