Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 - PJ Hungary vs UASI - Pepekillo (PEPEQUILLO)

(Kawża T-580/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: PJ Hungary Szolgáltató kft (Budapest, ir-Repubblika tal-Ungerija) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u C. Gutiérrez Martínez, abogadas)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Pepekillo SL (Algeciras, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta' April 2008 (Każ R-722/2007), li laqgħet it-talba ta' PEPEILLO SL għal "restitutio in integrum".

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Settembru 2008 (Każ R-722/2007) li laqgħet l-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-9 ta' Marzu 2007 u konsegwentement l-għoti tat-trade mark Komunitarja Nru 3.546.471 "PEPEQUILLO" flimkien ma' dak kollu li jaqa' taħt id-dritt Komunitarju.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' din il-kawża, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedura amministrattiva quddiem il-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Doña Marta Sancho Lora, li sussegwentement ittrasferiet l-applikazzjoni lill-kumpannija PEPEKILLO SL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "PEPEQUILLO" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.546.471) għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 u servizzi fil-klassi 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti, li lilha l-kumpannija "PEPE JEANS N.V." kienet ittrasferiet id-drittijiet tagħha.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks verbali Spanjoli "PEPE" u "PEPE JEANS", trade marks Spanjoli figurattivi "PEPE JEANS LONDON", trade marks verbali Spantoli "PEPE 2XL", "PEOPE F4", "PEPE M99", "PEPE F4", "PEPE M3", "PEPE M5" U "PEPE F6", trade marks Spanjoli figurattivi "PEPE JEANS LONDON", "PEPE JEANS 73", "PEPE JEANS PORTOBELLO", "PEPE" u trade marks verbali Spanjoli "PEPE JEANS M2", "PEPE BETTY", "PEPE CLOTHING" u "PEPCO" għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25; u trade marks Komunitarji verbali u figurattiva "PEPE JEANS" għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14 u 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Motivi għal appell milqugħa.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 78 u 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________