Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze - ir-Repubblika Ċeka) – CS et vs České aerolinie a.s.

(Kawża C-502/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(1)(c) – Artikolu 7(1) – Dritt għal kumpens – Titjira b’konnessjonijiet – Titjira komposta minn żewġ titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru differenti – Dewmien twil subit fl-okkażjoni tat-tieni titjira li għandha l-punti tagħha tat-tluq u tal-wasla barra l-Unjoni Ewropea u operata minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, DR, EQ, FP, GO, HN, IM, JL, KK, LJ, MI

Konvenuta: České aerolinie a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li kienet suġġetta għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru u b’destinazzjoni lejn ajurport li jinsab f’pajjiż terz bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina mit-tieni titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jistax ifittex permezz ta’ rikors għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq l-ewwel titjira.

____________

1     ĠU C 341, 24.09.2018.