Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tatabányai Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2017 – Éva Nothartová vs József Boldizsaár Sámson

(Kawża C-306/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Tatabányai Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Éva Nothartová

Konvenut: József Boldizsár Sámson

Domandi preliminari

Meta kontrotalba toriġina minn kuntratt jew minn fatti differenti minn dawk li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali:

għandu japplika biss l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1215/2012/UE 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”) peress li huwa l-unika dispożizzjoni li tikkonċerna l-kontrotalba, jew

l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Brussell Ia jikkonċerna biss il-kontrotalbiet li joriġinaw mill-kuntratt jew mill-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba oriġinali, u għalhekk ma jistax japplika għal kontrotalbiet li ma joriġinawx minn dan il-kuntratt jew minn dawn il-fatti, bil-konsegwenza li, fir-rigward ta’ dawn il-kontrotalbiet, jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni oħra tar-Regolament Brussell Ia, li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq it-talba oriġinali għandha wkoll ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq il-kontrotalba?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).