Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2012 - Lidl Stiftung vs UASI - A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)

(Kawża T-300/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Colmeia do Minho Lda (Aldeia de Paio Pires, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta' April 2012, fil-Każ R 1981/2010-2 sa fejn l-oppożizzjonii ġiet milqugħa;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tikkundanna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "FAIRGLOBE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 20, 24, 25, 29, 30, 31, 32 u 33 − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6896261

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Portugiża "GLOBO PORTUGAL", irreġistrata bin-Nru 221497 għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Portugiża "GLOBO PORTUGAL", irreġistrata bin-Nru 221498 għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali Portugiża "GLOBO", irreġistrata bin-Nru 311549 għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali Portugiża "GLOBO", irreġistrata bin-Nru 337398 għal prodotti fil-klassi 2, 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment u apell miċħud parzjalment

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________