Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta' Novembru 2011 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-379/10)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom - Esklużjoni ta' kull responsabbiltà tal-Istat li tirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta' dritt jew minn evalwazzjoni ta' elementi ta' fatt u ta' provi mwettqa minn qorti tal-aħħar istanza - Limitazzjoni, mil-leġiżlatur nazzjonali, tar-responsabbiltà tal-Istat għall-każijiet ta' frodi jew ta' nuqqas serju mwettaq minn tali qorti)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro u M. Nolin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-prinċipju ġenerali tar-responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom - Responsabbiltà limitata għall-każijiet ta' frodi jew ta' nuqqas serju

Dispożittiv

Ir-Repubblika Taljana,

-    billi teskludi kull responsabbiltà tal-Istat Taljan għad-danni kkawżati fil-konfront ta' individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti nazzjonali tal-aħħar istanza, meta dak il-ksur jirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta' dritt jew minn evalwazzjoni ta' elementi ta' fatt u ta' provi mwettqa minn dik il-qorti, u

-    billi tillimita dik ir-responsabbiltà unikament għall-każijiet ta' frodi jew ta' nuqqas serju,

skont l-Artikolu 2(1) u (2) tal-liġi Nru 117 dwar il-kumpens għad-danni kkawżati fl-eżerċiżżju tal-funzjonijiet ġudizzjarji u r-responsabbilità ċivili tal-ġudikanti [legge n. 117 (sul) risarcimento dei danni cagionati nell' esercizio delle funzioni giudiziarie e responsabilità civile dei magistrati], tat-13 ta' April 1988, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont il-prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-Istati Membri għal ksur tad-dritt tal-Unjoni minn waħda mill-qrati tal-aħħar istanza tagħhom.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010