Language of document : ECLI:EU:T:2016:403





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2016 – Il‑Kummissjoni vs Thales développement et coopération

(Kawża T‑326/13)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-raba’ u l-ħames programm-kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Kuntratti li jikkonċernaw proġetti marbuta mal-iddiżinjar u l-iżvilupp ta’ ċelloli tal-karburant bil-metanol dirett – Nullità tal-kuntratt minħabba intenzjoni qarrieqa – Rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjari tal-Unjoni – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Preskrizzjoni – Applikazzjoni tad-dritt Franċiż u Belġjan – Drittijiet tad-difiża – Interessi”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni kontra l-irregolarijatiet – Terminu ta’ preskrizzjoni – Applikabbiltà għal talba għar-rimbors tal-għajnuna finanzjarja mħallsa mill-Kummissjoni abbażi ta’ kuntratt konkluż fil-kuntest ta’ programm-kwadru tal-Unjoni – Esklużjoni – Talba magħmula wara kontrolli li saru mill-Ufiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi – Assenza ta’ effett (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 1(1) u 2, 3(1), 4 u 5, u Nru 2185/96) (ara l-punti 52, 55, 58)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni – Portata – Applikazzjoni għal proċedura ta’ rkupru ta’ krediti ta’ oriġini kuntrattwali kontra benefiċjarju ta’ fondi Ewropej – Esklużjoni (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 119(2)) (ara l-punti 73, 74)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ kontradittorju – Rispett fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja – Portata (ara l-punti 76, 77)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-konvenuta tirrimborsa l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Kummissjoni lill-predeċessur legali tagħha, miżjuda bl-interessi, fil-kuntest tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063 li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994 (ĠU 1994, L 126, p. 1), u fil-kuntest tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315 li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994 (ĠU 1999, L 26, p. 1).

Dispożittiv

1)

Thales développement et coopération SAS hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lill-predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt JOE3-CT-97-0063, li jaqa’ taħt ir-raba’ programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1994-1998), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1110/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ April 1994, li jidhru hawn taħt:

–        is-somma ta’ EUR 162 195,79, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 179 201, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 167 612,49, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 136 892,29, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 54 434,09, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Franċiż, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.

2)

Thales développement et coopération hija ordnata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea is-somom imħallsa lill-predeċessur legali tagħha in eżekuzzjoni tal-kuntratt ENK6-CT-2000-00315, li jaqa’ taħt il-ħames programm-kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 182/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1994, li jidhru hawn taħt:

–        is-somma ta’ EUR 232 389,04, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 218 734,67, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 237 504,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha;

–        is-somma ta’ EUR 124 192,86, miżjuda bl-interessi legali previsti mid-dritt Belġjan, ikkalkulati fuq il-perijodu ta’ bejn id-data li din tħallset sad-data tar-rimbors sħiħ tagħha.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjez sostnuti minn Thales développement et coopération.

4)

Thales développement et coopération għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u nofs l-ispejjeż propji tagħha.