Language of document : ECLI:EU:C:2017:734

Kawża C164/16

Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

vs

Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 14(2)(b) – Kunsinna ta’ oġġetti – Vetturi bil-mutur – Kuntratt ta’ leasing finanzjarju bl-għażla ta’ xiri”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2017

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Kunsinni ta’ oġġetti – Vetturi bil-mutur – Kuntratt ta’ kiri – Proprjetà li normalment għandha tgħaddi mhux iktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont – Kunċett – Kuntratt standard ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri – Inklużjoni – Kundizzjoni – Eżerċizzju tal-għażla ta’ xiri li jidher li huwa l-unika għażla ekonomikament razzjonali għal-lessee – Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 14(2)(b))

L-espressjoni “kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont” użata fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal kuntratt standard ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri meta mill-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt jista’ jiġi dedott li l-eżerċizzju tal-għażla jidher li huwa l-unika għażla ekonomikament razzjonali li l-lessee se jkun jista’ jagħmel meta jasal il-mument jekk il-kuntratt jiġi eżegwit sa tmiemu, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

(ara l-punt 43 u d-dispożittiv)