Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) - ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd

(Kawża C-164/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 14(2)(b) – Kunsinna ta’ oġġetti – Vetturi bil-mutur – Kuntratt ta’ leasing finanzjarju bl-għażla ta’ xiri)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: Mercedes-Benz Financial Services UK Ltd

Dispożittiv

L-espressjoni “kuntratt għall-kiri li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkontˮ użata fl-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal kuntratt standard ta’ kiri bl-għażla ta’ xiri meta mill-kundizzjonijiet finanzjarji tal-kuntratt jista’ jiġi dedott li l-eżerċizzju tal-għażla jidher li huwa l-unika għażla ekonomikament razzjonali li l-lessee se jkun jista’ jagħmel meta jasal il-mument jekk il-kuntratt jiġi eżegwit sa tmiemu, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

____________

1     ĠU C 191, 30.5.2016.