Language of document : ECLI:EU:T:2011:244





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Longevity Health Products vs UASI – Tecnifar (E-PLEX)

(Kawża T-161/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-PLEX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EPILEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2010 (Każ R 662/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA u Longevity Health Products, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Longevity Health Products, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali E‑PLEX għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 5126909

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Portugiża EPILEX għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell parzjalment miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Longevity Health Products, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.