Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2011 - P vs Il-Parlament

(Kawża T-213/10 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija - Telf ta' fiduċja - Motivazzjoni - Żnaturament tal-provi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment S. Seyr u R. Ignătescu, sussegwentement S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-24 ta' Frar 2010, P vs Il-Parlament (F-89/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dik is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

P għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.