Language of document : ECLI:EU:T:2012:521





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 –Il‑Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/10)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Qoton — Għajnuna lill-iktar ipprivati — Żvilupp rurali — Effikaċità tal-kontrolli — Proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Portata — Kontrolli mhux affidabbli — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1) u Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 796/2004, Artikoli 18 u 20) (ara l-punti 30, 137, 138, 153)

2.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregularitajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punt 31)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ — Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ stħarriġ — Diffikultajiet fl-applikazzjoni — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8) (ara l-punti 41, 156-158)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 51-54, 154, 155)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq li jirriżulta minn irregularitajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni finanzjarja — Kundizzjonijiet — Eżistenza ta’ nuqqas sinjifikattiv li jesponi lill-FAEGG għal riskju reali ta’ telf (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 75, 76, 80-83)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Rispett fil-komunikazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa fl-ambitu tal-amministrazzjoni tal-FAEGG –– Portata (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 104-108, 131-134)

7.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Tfassil tad- deċiżjonijiet — Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-kontrolli tagħha — Kontenut — Kundizzjonijiet — Nuqqas ta’ rispett –– Effett (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, subparagrafu 5 tal-Artikolu 5(2)(ċ), u Nru 1258/1999, subparagrafu 5 tal-Artikolu 7 (4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 115-119)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punti 179, 185)

9.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Obbligu tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tieħu responsabbiltà għal infiq irregolari — Skadenza tat-termini leġiżlattivi previsti għal dan il-għan — Deroga minn dan l-obbligu fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Esklużjoni (Regolament tal-Kummissjoni Nru 3149/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1098/2001) (ara l-punt 186)

10.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (ara l-punti 187, 188)

11.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Portata — Tħassir integrali ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija mill-FAEGG — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (ara l-punti 193, 194, 214)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, p. 7), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.