Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 - Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Emmanuel Genette

(Kawżi magħquda T-90/07 P u T-99/07 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Deċiżjoni li tirrifjuta l-irtirar ta' talba għal trasferiment u t-tressiq ta' talba ġdida għal trasferiment - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Bdil tas-suġġett tal-kawża - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn L. Markey, avukat); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-kawża: Emmanuel Genette (Gorze, Franza) (rappreżentant: M.A. Lucas, avukat)

Suġġett

Żewġ appelli mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Jannar 2007, Genette vs Il-Kummissjoni (F-92/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiżi għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Jannar 2007, Genette vs Il-Kummissjoni (F-92/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

Ir-rikors ippreżentat minn E. Genette quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/05 huwa miċħud bħala inammissibbli.

E. Genette għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza.

Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 117, 29.5.2007.