Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2013, li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013 (Avviż Amministrattiv Nru 13-2013);sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;tagħti lir-rikorrent id-danni għal ammont ta’ EUR 10 000;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.