Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2013 - Novomatic vs UASI- Simba Toys (AFRICAN SIMBA)

(Kawża T-172/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rapprezentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth-Stadeln, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Jannar 2013 fil-Każ 157/2012-4 u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha minħabba nuqqas ta' xebh bejn il-prodotti u/jew is-sinjali u tippermetti l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja AFRICAN SIMBA, CTM 7534175;

tikkundanna lill-UASI u - fil-każ ta' intervent bil-miktub - il-parti li topponi għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "AFRICAN SIMBA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 534 175

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Simba Toys GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali " Simba", kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali "SIMBA", għal prodotti fil-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________