Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Ottubru 2009 - Aldi Einkauf vs UASI - Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living)

(Kawża T-307/08)1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva 4 OUT Living - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Living & Co - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher u L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Manea u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Goya Importaciones y Distribuciones SL (Cuarte de Huerva, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Mejju 2008 (Każ R 1199/2007-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Goya Importaciones y Distribuciones SL u Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 260, 11.10.2008.