Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 1 – Santa Cruz de Tenerife (Spanja) fit-8 ta Ġunju 2016 – Dragados S.A. vs Cabildo Insular de Tenerife

(Kawża C-324/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 1 – Santa Cruz de Tenerife

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dragados S.A.

Konvenuta: Cabildo Insular de Tenerife

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikoli 4(1), 6, u 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011 1 , dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali:

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-irkupru ta’ dejn prinċipali għall-kundizzjoni ta’ rinunzja għall-interessi moratorji?

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-irkupru ta’ dejn prinċipali għall-kundizzjoni ta’ rinunzja għall-ispejjeż ta’ rkupru?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti:

Awtorità kontraenti debitriċi tista’ tinvoka l-awtonomija tar-rieda tal-partijiet sabiex tiżvinkola ruħha mill-obbligu li hija għandha li tħallas l-interessi moratorji u l-ispejjeż ta’ rkupru?

____________

1 ĠU 2011, L 48, p. 1