Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 taʼ Mejju 2013 – Orthogen vs UASI - Arthrex Medizinische Instrumente (IRAP)

(Kawża T-253/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrenti: Orthogen AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Finger und S. Krüger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arthrex Medizinische Instrumente GmbH (Karlsfeld, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Frar 2013, fil-Każ R 382/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “IRAP” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 5, 10, 42 u 44 – Trade mark Komunitarja Nru 3 609 121

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Anthrex Medizinische Instrumente GmbH

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità; “IRAP” hija abbrevjazzjoni komunament użata għal ċerta proteina, li għandha rwol sinjifikattiv f’ċertu trattament mediku jew veterinarju

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009