Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet II li tressqet mid-DĠ DEVCO u talba għall-kumpens għad-dannu materjali subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, bħala awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem l-“ASTK”), tal-4 ta’ Ottubru 2012 li ma tirreklutax lir-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt awżiljarju tal-grupp ta’ funzjonijiet II;

sal-limitu meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-ASTK, tas-7 ta’ Frar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-19 ta’ Ottubru 2012;

jikkumpensa d-dannu materjali tiegħu;

jagħti s-somma stabbilita ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 50 000 fir-rigward tad-dannu morali subit;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.