Language of document : ECLI:EU:T:2012:324





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 taʼ Ġunju 2012 — Hearst Communications vs UASI — Vida Estética (COSMOBELLEZA)

(Kawża T-344/09)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW — Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 98-104)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 770/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hearst Communications, Inc. u Vida Estética, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hearst Communications, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.