Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Awwissu 2009 - Hearst Communications vs UASI - Vida Estética (COSMOBELLEZA)

(Kawża T-344/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hearst Communications, Inc. (New York, l-Istati Unit) (rappreżentant: A. Nordemann, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Vida Estética, S.L. (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 770/2007-2; u

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "COSMOBELLEZA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark "COSMOPOLITAN" irreġistrata għal prodotti fil-klassi 16; Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark "COSMO TEST" irreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 38 u 41; Reġistrazzjoni Portugiża tat-trade mark "COSMO" irreġistrata għal servizzi fil-klassi 41; Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark "COSMOPOLITAN TELEVISION" irreġistrata għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 38 u 41; Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark "COSMOPOLITAN" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39; Reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark "COSMOPOLITAN" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39, Reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark figurattiva "THE COSMOPOLITAN SHOW" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41; Reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark "COSMO" irreġistrata fil-klassijiet 35 u 41; Reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark "COSMOPOLITAN TELEVISION" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41; Reġistrazzjoni Irlandiża tat-trade mark "COSMOPOLITAN TELEVISION" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41; Trade mark magħrufa "COSMO" u "COSMOPOLITAN" fl-Istati Membri kollha għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41; trade mark mhux irreġistrati "COSMO" and "COSMOPOLITAN" użati fl-Istati Membri kollha għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41, kif ukoll bħala ismijiet kummerċjali "COSMO" u"COSMOPOLITAN" użati fl-Istati Membri kollha għal prodotti u servizzi fl-istess klassijiet.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell sostna b'mod żbaljat li t-trade marks ikkonċernati ma jixxiebhux u għaldaqstant ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________