Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida vs UASI - Unión de Cosecheros de Labastida (PUERTA DE LABASTIDA)

(Kawża T-345/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUERTA DE LABASTIDA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTILLO DE LABASTIDA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CASTILLO LABASTIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Riskju ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL (Autol, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda (Labastida, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. López Ronda, G. Macias Bonilla, sussegwentement minn F. Brandolini Kujman, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Mejju 2009 (Każ R 1021/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Unión de Cosecheros de Labastida, S. Coop. Ltda u Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bodegas y Viñedos Puerta de Labastida, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.