Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-377/07) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi informatiċi li jikkonċernaw it-teknoloġiji ta' inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew - Rifjut tal-offerta ta' offerent - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Użu ħażin ta' poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Lulju 2007, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest ta' sejħa għal offerti fir-rigward ta' teknoloġiji ta' inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew (ĠU S 128), kif ukoll tad-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt lil offerent ieħor, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 297, 08.12.2007.