Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2007 - Kaloudis vs l-UASI - Fédération Française de Tennis (Roland Garros SPORTSWEAR)

(Kawża T-380/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Kaloudis (Dassia-Korfu, il-Greċja) (rappreżentant: G. Kaloudis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Fédération Française de Tennis (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' Lulju 2007;

taċċetta l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Roland Garros SPORTSWEAR Nru 3114477 għall-klassi 25;

tordna li l-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "Roland Garros SPORTSWEAR" għal prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni Nru 3114477

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Fédération Française de Tennis

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark nazzjonali "Roland Garros" għal prodotti fil-klassijiet 3, 16, 18, 22, 25, 28, 32, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell tar-rikorrenti kkunsidrat li ma sarx minħabba l-ħlas tardiv tat-taxxa ta' l-appell

____________