Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2007 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/07)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla n-nota tat-18 ta' Lulju 2007, Nru 007584 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda, li għandhom bħala suġġett pagamenti tal-Kummissjoni differenti mill-ammont mitlub. Ref DOCUP Toscana Ob. 2 (Nru CCI 2000 IT 16 2DO 001)

tannulla n-nota tal-21 ta' Awwissu 2007, Nru 009059 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda, li għandhom bħala suġġett ċertifikazzjoni u dikjarazzjoni ta' spejjeż intermedji u talba għal pagament. DOCUP Veneto Ob. 2 2000-2006 (Nru CCI 2000 IT 16 2DO 005)

tannulla n-nota tal-21 ta' Awwissu 2007, Nru 009061 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda, li għandhom bħala suġġett pagamenti tal-Kummissjoni differenti mill-ammont mitlub. Ref DOCUP Ob. 2 "Lazio" 2000-2006 (Nru CCI 2000 IT 16 2DO 009)

tannulla n-nota tad-29 ta' Awwissu 2007, Nru 009249 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda, li għandhom bħala suġġett pagamenti tal-Kummissjoni differenti mill-ammont mitlub. Ref DOCUP Piemonte 2000-2006 (Nru CCI 2000 IT 16 2DO 007)

tannulla n-nota tas-6 ta' Settembru 2007, Nru 009525 tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali - Programmi u proġetti f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, f'Malta u fl-Olanda, li għandhom bħala suġġett pagamenti tal-Kummissjoni differenti mill-ammont mitlub. Ref Programm Operattiv Reġjonali "Campania" 2000-2006 (Nru CCI 1999 IT 16 1PO 007)

kif ukoll tannulla l-atti kollha relatati u preżupposti, bil-kundanna konsegwenti tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imqajma fil-Kawża T-345/04, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni1.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004, p. 55.