Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2007 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-377/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Informatika tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta li r-rikorrenti ppreżentat b'risposta għas-sejħa għal offerti pubblika ENTR/05/086 - Kontenut tat-tagħrif dwar l-inter-operabbiltà għas-servizzi ta' l-eGovernment (ĠU S128 08/7/2006) innotifikata lir-rikorrenti b'ittra tat-13 ta' Lulju 2007 u li tagħti l-kuntratti lill-kuntrattur magħżul;

tordna lill-Kummissjoni (DIGIT) tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti marbuta ma' dan ir-rikors, anki jekk dan jiġi miċħud;

tordna lill-Kummissjoni (DIGIT) tħallas kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tal-proċedura tas-sejħa għal offerti in kwistjoni, fl-ammont ta' EUR 3.5 miljun għal-Lott 2;

.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti għamlet offerta b'risposta għas-sejħa għal offerti miftuħa għall-kuntratt 'teknoloġiji ta' inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi ta' l-eGovernment Ewropew' (ĠU 2006/S 128-136080). Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni li tiġi miċħuda l-offerta tagħha u li jingħata l-kuntratt lil offerent ieħor.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi għal dawk fil-kawża T-300/07 Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni1

____________

1 - ĠU 2007 C 235, p. 22.