Language of document :

Rikors imressaq fit-2 ta' Ottubru 2007 - CNH Global vs L-UASI (Trade mark figurattiva li tirrappreżenta trakter aħmar, iswed u griż)

(Kawża T-378/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CNH Global NV (Amsterdam, l-Olanda) (rappreżentanti: M. Edenborough, Barrister, u R. Harrison, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell Nru R 1642/2006-1 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark figurattiva li tirrappreżenta trakter aħmar, iswed u griż għal prodotti fil-klassi 12 - applikazzjoni Nru 3 944 139

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark figurattiva li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv minħabba l-użu tagħha.

____________