Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 2008 - Kaloudis vs UASI - Fédération française de tennis (RolandGarros SPORTSWEAR)

(Kawża T-380/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva RolandGarros SPORTSWEAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Roland Garros - Ħlas tardiv tal-ispejjeż tal-appell - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell daqslikieku ma sarx")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Kaloudis (Dassia, il-Greċja) (rappreżentant: G. Kaloudis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Fédération française de tennis (FFT) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Lulju 2007 (Każ R 876/2006-4) relattiva għal proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-Fédération française de tennis (FFT) u Dimitrios Kaloudis.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud in parti bħala manifestament infondat u in parti bħala manifestament inammissibbli.

Dimitrios Kaloudis huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 283, 24.11.2007.