Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2010 - CNH Global vs UASI (Tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż għal trakter)

(Kawża T-378/07) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi tagħqid tal-kuluri aħmar, iswed u griż applikati fuq il-wiċċ ta' barra ta' trakter - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub bl użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CNH Global NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Edenborough, barrister, u R. Harrison, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Lulju 2007 (Każ R 1642/2006-1), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta trakter aħmar, iswed u griż bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

CNH Global NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 297, 08.12.2007.