Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Novembru 2012 - Nestlé Unternehmungen Deutschland vs UASI - Lotte (LOTTE)

(Kawża T-483/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jaeger-Lenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lotte Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 2103/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Lotte Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "LOTTE" u dehra ta' koala f'siġra li qiegħda żżomm koala żgħir, għal prodotti fil-klassi 30 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 158 463

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali "KOALA BÄREN" u "KOALA" u dehra ta' koala li qiegħda żżomm koala żgħir, għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożozzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, tar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009

____________