Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' April 2011 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

(Kawża T-28/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Information - Européenne de traitement de l'information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Novembru 2009 (Każ R 635/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Euro-Information - Européenne de traitement de l'information hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.