Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2010 - Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: B. O'Connor, solicitor, L. Toffoletti, D. Gullo u E. De Giorgi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2009 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.589 - Stabilizzaturi Termiċi).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________