Language of document : ECLI:EU:T:2013:648





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2013 – Forgital Italy vs Il-Kunsill

(Kawża T-438/10)

“Rikors għal annullament – Tariffa Doganali Komuni – Sospensjoni temporanja tad-dazju awtonomu tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd – Bdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti sospensjonijiet – Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kunċett – Regolament tal-Kunsill dwar sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd – Esklużjoni (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 59(1) u Nru 566/2010) (ara l-punti 37-41, 52-54)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rispett tad-dritt għal smigħ ta’ rikorrenti – Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punti 59, 60)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 566/2010, tad-29 ta’ Ġunju 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd (ĠU L 163, p. 4), sa fejn huwa jemenda d-deskrizzjoni ta’ ċerti prodotti li għalihom id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni huma sospiżi

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Forgital Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.