Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011 - Il-Kummissjoni vs New Acoustic Music u Hildibrandsdottir

(Kawża T-464/09)1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm-qafas 'Culture 2000' - Implementazzjoni tal-proġett 'European Music Roadwork' - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-sommom imħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja - Għajnuna legali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u N. Bambara, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Konvenuti: New Acoustic Music Association (Orpington, ir-Renju Unit); u Anna Hildur Hildibrandsdottir (Orpington, ir-Renju Unit)

Suġġett

Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' klawżola ta' arbitraġġ fis-sens tal-Artikolu 238 KE, intiża sabiex New Acoustic Music Association u A. Hildur Hildibrandsdottir jiġu kkundannati jħallsu lura lilha parti mis-somma mħallsa bil-quddiem kif ukoll l-interessi moratorji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 2003-1895/001-001, għall-implementazzjoni tal-proġett "CLT2003/A1/GB-317 - European Music Roadwork", fil-kuntest tal-programm-qafas "Culture 2000", stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 508/2000/KE, tal-14 ta' Frar 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, P. 97).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa inammissibli sa fejn huwa dirett kontra New Acoustic Music Association.

A. Hildur Hildibrandsdottir, bħala membru tal-partenarjat New Acoustic Music Association, hija kkundannata tħallas lura, lill-Kummissjoni Ewropea, is-somma ta' EUR 31 136, 23, flimkien mal-interessi moratorji b'rata ta' 7,70% fis-sena, mill-4 ta' Jannar 2008 sakemm id-dejn jitħallas lura kompletament.

A. Hildur Hildibrandsdottir hija kkundannata għall-ispejjeż.

It-talba għal għajnuna legali ta' A. Hildur Hildibrandsdottir hija miċħuda.

____________

1 - ĠU C 51, 27.2.2010.