Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 taʼ Ġunju 2012 — Constellation Brands vs UASI (COOK’S)
(Kawża T-314/10)
“Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja verbali COOK’S — Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark — Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni — Rikors għal restitutio in integrum — Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Delegazzjoni tad-dmirijiet amministrattivi dwar it-tiġdid ta’ trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 17, 18)
2. Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Restitutio in integrum — Kundizzjonijiet — Viġilanza mitluba miċ-ċirkustanzi — Avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali u, għaldaqstant, imprevedibbli — Żball uman f’talba għal informazzjoni — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 81(1)) (ara l-punti 19, 28, 29)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1048/2009‑1), sa fejn hija ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal | restitutio in integrum | . |
Dispożittiv
2) | | Constellation Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |