Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatati max-xogħol - Invalidità - Irtirar minħabba invalidità - Motivazzjoni - Annullament)
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) [rappreżentant: L. Garofalo, avukat]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat]
Suġġett
Min naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jirtira minħabba invalidità, kif ukoll ta' sensiela ta' atti oħra konnessi ma' din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta' Mejju 2005, li ġġiegħel lil L. Marcuccio jirtira minħabba invalidità, hija annullata.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil L. Marcuccio s-somma ta' EUR 3 000.
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż ta' L. Marcuccio.
L. Marcuccio għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 131, 03.06.06, p.54.